Supplier of LPG Gas and Autogas in Malta
  • Customer Care
  • General Enquiries

Liquigas Malta qed taġġorna lill-klijenti tagħha dwar l-inċident li seħħ f’Ħ’Attard fid-9 ta’ Jannar 2020. Filwaqt li qed tistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali li għadha għaddejja, Liquigas Malta wettqet investigazzjoni interna u sabet li ċ-ċilindru involut kien soġġett għal sħana eċċessiva li ġiet minn exhaust ta’ fireplace u li wasslet għal ħsara fiċċilindru.

“Iċ-ċilindri huma ddisinjati skond standards internazzjonali u jistgħu joperaw bla periklu f’kundizzjonijiet ambjentali lokali, inkluż f’dawk il-kundizzjonijiet ta’ sħana ta’ matul is-sajf. Min-naħa l-oħra, jekk iċ-ċilindri jkunu soġġetti għal sħana eċċessiva li tkun ġejja minn sors estern, u f’każ bħal dan jinqabżu l-parametri tad-disinn taċ-ċilindru, dan jista’ jwassal għal ħsarat.

Għal din ir-raġuni, Liquigas Malta qed terġa’ tfakkar għal darb’oħra lill-klijenti biex jikkunsidraw sew fejn iqiegħdu ċ-ċilindri, mimlijin jew vojta, ħalli dawn ikunu ’l bogħod minn kwalunkwe sors tas-sħana u skond ir-regoli tas-sigurtà.

Aktar tagħrif jinkiseb minn www.liquigas.conceptstadium.com, jew mill-paġna Facebook fejn wieħed jista’ jsib linji gwida għall-użu sigur tal-gass.

Share