Supplier of LPG Gas and Autogas in Malta
  • Customer Care
  • General Enquiries
round-images_liquigas-cylinder-top

Ir-Regulator

Żomm f’moħħok:

  • Biddel jekk juri sinjali ta’ wear and tear, jew jekk ma jaqbadx tajjeb maċ-ċilindru.
  • Iċċekja jkunx ħiereġ il-gass kull darba li tqabdu maċ-ċilindru.
  • Biddel wara 10 snin.
round-images_hoses

Pipe Flessibli

  • Uża biss pipe ċċertifikat li jinkludi s-sena u l-isem tal-manifattur.
  • Żomm it-tul tal-pipe żgħir kemm jista’ jkun.
  • Uża clips tajbin biex iżżomm il-pipe f’postu.
  • Biddel il-pipe meta jiskadi.
  • Biddel il-pipe jekk juri sinjal ta’ xquq jew ħsara.
  • Qatt tuża fjamma biex tifftex jekk hux ħiereġ gass.
round-images_fire

IN THE EVENT OF FIRE

  1. Kun fuq allarm u ċempel lill-Brigata tan-nar (112) u avvżahom fuq il-preżenza tal-LPG.
  2. Ċempel lill-Liquigas Malta għas-servizzi ta’ emerġenza 24/7 fuq 2248 6010.

Kif tuża ċ-ċilindri tal-gass tal-Liquigas b’mod sigur

DO’s

  • Ħu ħsieb iċ-ċilindru u l-valv biex tiżġura li mhumiex bil-ħsara.
  • Dejjem uża ċ-ċilindru b’wiċċu l-fuq.
  • Ħu lura ċ-ċilindri li huma vojta jew li mhux jintużaw għal perjodi twal.
  • Aqra l-istruzzjonijijet provduti mal-appliances u żommhom għal referenza.
  • Żomm l-appliances nodfa u ara li jingħatalhom service b’mod regolari minn persuni kompetenti.
  • Kun żgur li hemm biżżejjed arja fejn jintużaw l-appliances. Jekk kamra ma jkolliex biżżejjed arja iftaħ tieqa jew bieb mal-ewwel.
  • Preferibbilment biddel ċilindri vojta għal dawk mimlija fuq barra. Jekk tbiddilhom fuq ġewwa ħu ħsieb b’aktar prekawzjoni. L-appliances dejjem iridu jkunu mitfija u preferibbilment kesħin.
  • Iċċekkja li r-regulator mwaħħal tajjeb u li mhux ħiereġ gass.

DONT’s

  • Tħalliex iċ-ċilindru espost għal sħana diretta minn fjamma għax dan jista’ jirriżulta fi pressjoni eċċessiva.
  • Tippruvax tħoll jew taqla l-clip-on minn maċ-ċilindru jekk il-fjamma ma’ titlaqx meta jintefa r-regulator.
  • Terfax jew tużax ċilindri f’kantini, taħt l-art jew viċin sa 2 metri ta’ drains, gullies mhux issiġillati jew dħul għall-kantini. L-LPG huwa aktar tqil mill-arja u jekk joħroġ il-gass jakkumula f’livell baxx u jista’ jkun ta’ periklu fi preżenza ta’ fjamma jew spark.
  • Tippruvax tisforza regulator ta’ ċertu daqs fuq ċilindru b’valv ta’ daqs ieħor. Jekk ikollok xi diffikultà, ikkuntatja lill-ħanut minn fejn xtrajtu u ara li tiċċekja l-appliance.
  • Timmodifikax l-appliance tal-gass tiegħek. Dejjem staqsi lill-bejjiegħ tal-gass għal parir u tħalliex nies mhux kwalifikati jmissu jew jagħtu.
  • Service lill-appliance tiegħek.
  • Tostakolax l-aċċess għaċ-ċilindri.