L-Autogas għandu rwol importanti biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fejn tidħol id-dikarbonazzjoni u l-kwalità tal-arja fi ħdan il-flotta tal-vetturi. Għaliex? Dak li jkun, m’għandux għaliex jinvesti f’karozza ġdida f’perjodu fejn il-finanzi ma jipprermettux, iżda jista’ jinvesti ammont żgħir ta’ flus biex jikkonverti l-karozza għall-Autogas. Din l-azzjoni tista’ twassal biex tnaqqas l-NOx u l-emmissjonijiet tal-partiċelli li wieħed kieku jkun qed jipproduċi permezz tal-karozza li taħdem bil-petrol jew bid-diesel.

 

L-istampa fl-Ewropa…fadlilna x’naqdfu?

Skond rapport ta’ Acea dwar il-Vetturi fl-Ewropa għall-2022, sal-aħħar tas-sena 2020, kien hemm aktar minn 405 miljun vettura fit-toroq Ewropej. Filwaqt li kien hemm bidla sostanzjali għal vetturi ibridi u vetturi li jaħdmu bl-Autogas, il-maġġorparti tal-vetturi li hemm fiċ-ċirkolazzjoni għadhom jużaw iż-żejt bħala karburant, u għalhekk qed ikomplu joħolqu sfidi soċjali u ambjentali għall-kontinent. Intant, permezz tad-dokument bl-isem ta’ Vision for Autogas, Liquidgas Europe, L-Assoċjazzjoni tal-LPG Ewropea, qalet li:

  • It-trasport fit-toroq huwa responsabbli għal kważi kwart tal-emmissjonijiet GHG fl-UE, u kien ikkonfermat ukoll bħala l-unika settur fejn l-emmissjonijiet komplew jikbru fl-aħħar 10 snin.
  • NOx u materja f’sura ta’ partiċelli emessi mill-vetturi fit-toroq kibret għal waħda mill-aktar problemi kritiċi. It-tniġġis fl-arja huwa responsabbli għal aktar minn 400,000 mewta prematura fl-Ewropa kull sena, xi ħaġa li għandha tpoġġi l-liġijiet dwar il-kwalità tal-arja fuq l-aġenda ta’ kull pajjiż.

Intant, skond l-Acea, filwaqt li kien hemm żieda fil-bejgħ ta’ karrozzi motorizzati b’enerġija alternattiva, dawn huma biss 5.3% mit-total tal-flotta tal-karozzi fl-UE. Karozzi elettriċi u ibridi jagħmlu biss 0.5% u 0.6% tal-flotta rispettivament, filwaqt li 1.2% biss tal-karozzi fit-toroq Ewropej huma ibridi elettriċi.

 

X’inhu eżatt l-Autogas?

L-Autogas huwa wieħed mill-aktar karburanti alternattivi użati fl-UE, magħruf ukoll bħala LPG jew propan. L-LPG huwa prodott minn gass naturali jew mill-produzzjoni taż-żejt u solitament jiġi trasportat bħala likwidu, filwaqt li għandu l-benefiċċji tal-gass. L-Autogas huwa tajjeb għal kull tip ta’ vettura, partikolarment karozzi, vannijiet, trakkijiet u xarabankijiet. Wieħed jista’ jew jixtri vettura li tiġi lesta bit-tank tal-LPG jew inkella jagħżel li jikkonverti l-karozza kurrenti għal-LPG.

Meta kkumparata mad-Diesel, ġeneralment, l-Autogas tipproduċi verament ftit partiċelli li jniġġsu u mal-20% inqas CO2 minn karozzi petrol, skond Liquidgas Europe. Minħabba dan, hemm aktar minn 31,000 stazzjon tal-fjuwil li jfornixxu għal karozzi Autogas, filwaqt li qed jintuża dejjem aktar ukoll f’vetturi ibridi.

 

Il-maġġoranza tal-vetturi petrol jistgħu jinqelbu għall-Autogas faċilment!

Il-maġġoranza tal-vetturi li jaħdmu bil-petrol jistgħu faċilment jiġu kkonvertiti għall-Autogas. Il-prezz tal-konverżjoni huwa ġeneralment bejn €800 u €2000. Madanakollu, dak li jkun jiffranka fuq l-ispejjeż kurrenti li jiġu mal-użu tal-karozza hekk kif l-Autogass jiswa madwar 50% inqas mill-petrol u 45% inqas mid-diesel. Il-Gvern Malti qed jgħin ukoll lil dawk li huma lesti li jaqilbu l-karozza tagħhom għall-Autogas b’għotjiet li jibdew minn €400 għal vetturi tal-petrol u minn €900 għal vetturi diesel.

 

Futur aħjar għall-ambjent meta taqleb għall-Autogas

Meta karozza tinqaleb għall-Autogas, b’mod indirett tkun qed turi sapport għall-missjoni globali li twassal għal futur aħjar għall-ambjent ta’ madwarna. Skond studju li sar minn Liquidgas Europe, jekk il-politiki ġusti jkunu azzjonati minn pajjiżi fl-UE, il-vetturi li jagħmlu użu mill-Autogas jistgħu jilħqu s-sehem tas-suq ta’ 10.7% sal-2040. Dan ifisser li meta wieħed jaqleb għal LPG jkun qed jagħti s-sapport tiegħu lil pajjiżi tal-UE li qed jindirizzaw l-istrateġija fit-tul tal-UE, kif ukoll jagħmlu impatt dirett fuq l-emmissjonijiet li qed jipproduċu l-vetturi kurrenti.

L-Autogas qed jintuża dejjem aktar bħala karburant għal karozzi ibridi u elettriċi, hekk kif joffri alternattiva aktar sana minn karburanti oħrajn. Huwa importanti li wieħed jinnota kif l-LPG jikkumplimenta l-ispejjeż relatati mal-elettromobilità. Intant, l-LPG għandu l-kapaċità li jissapportja l-kwalità tal-arja u l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni fi żmien qasir u medju, sakemm il-karozzi elettriċi għadhom qed jippruvaw jidħlu b’mod aktar b’saħħtu fis-suq u tkompli titqajjem il-kuxjenza dwar il-benefiċċju ambjentali.

Skond Liquidgas Europe, il-benefiċċji ambjentali u soċjali meta l-popolazzjoni taqleb għal-LPG se jilħaq €18.7 biljun sal-2050.

Din huwa l-mument li inti tieħu pass favur futur aħjar.

Interessat issir taf aktar dwar Liquigas Malta u l-prodotti tagħha? Żomm ruħek aġġornat mal-blog għal aktar informazzjoni.

Share