Supplier of LPG Gas and Autogas in Malta
  • Customer Care
  • General Enquiries

Tagħmir importantissimu għal kull dar huwa l-water heater. Wara ġurnata twila ta’ xogħol, partikolarment fix-xhur kisħin tax-xitwa, kulħadd ikun qed jistenna l-mument li jieħu banju sħun biex itaffi l-istress tal-ġurnata, li jkun jista’ jaħsel il-platti bl-ilma sħun mingħajr problemi u li jkun jista’ jaħsel idejh mingħajr ma jiksaħ.

Għalhekk, dak li jkun għandu jassigura li jkollu l-aktar water heater ideali fid-dar tiegħu.

 

Għaliex għandek tagħżel water heater tal-LPG?

Meta tkun qed tagħżel l-aqwa water heater għad-dar tiegħek huwa importanti li tikkunsidra diversi elementi different bħal x’tip ta’ enerġija għandu bżonn juża: jekk jaħdimx bl-LPG jew inkella bl-elettriku. Għandu jara wkoll l-ammont ta’ ilma li jissupplixxi l-water heater partikolari, kif ukoll il-prezz u l-ispazju disponibbli għall-installazzjoni. Ir-realtà hija li l-water heaters tal-LPG huma opzjoni popolari għax huma aċċessibbli u faċli biex jiġu installati. Filwaqt li wieħed jista’ jgħid li water heater li juża l-elettriku huwa wkoll aċċessibbli u faċli biex jiġi installat, water heater li jaħdem bl-LPG huwa aktar kosteffiċjenti matul is-snin tal-użu.

Hemm diversi vantaġġi u benefiċċji meta wieħed jagħżel water heater tal-gass, u dawn jinkludu:

  • Forniment bla limitu ta’ ilma, matul il-ġurnata kollha, anke f’mumenti fejn hemm qtugħ ta’ dawl;
  • Sors aktar ekonomiku ta’ misħun;
  • Riduzzjoni awtomatika għall-kont tal-elettriku;
  • Aċċess għal benefiċċju aktar għoli tal-eko-kontribuzzjoni li se jnaqqas il-kont tal-elettriku;
  • Aktar sempliċi biex jitħaddem;
  • Joffri sigurtà;
  • Diversi daqsijiet diversi li jissodisfaw kull bżonn;
  • Mudelli għal ġewwa u għal barra;
  • Jagħmel użu minn karburant li jinħaraq b’mod nadif.

 

Kif għandek tieħu ħsieb il-water heater tal-gass?

Meta tagħżel li tixtri water heater tal-LPG, huwa importanti li tieħu ħsiebu ħalli tibqa’ tiffranka l-ispejjeż, partikolarment fejn jidħol tagħmir daqshekk neċessarju għal kull dar. X’għandek iżżomm f’moħħok meta tkun qed tagħmel manutenzjoni l-water heater tal-gass? Skont ir-Regolatur Malti għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma, għandek tagħmel dawn l-affarijiet biex tieħu ħsieb il-water heater tal-gass tiegħek:

  1. Għamel manutenzjoni annwali fejn hemm bżonn.
  2. Ara li l-manutenzjoni ssir mill-manifattur għax ġeneralment ikun aktar faċli għalihom li jsibu l-ħsarat u jirranġawhom immedjatament.
  3. Meta tkun qed tagħmel kontrolli tal-water heater, inġinier professjonali tal-gass LPG ikun jista’ jittestja wkoll l-effiċjenza tal-water heater tiegħek. Aktar kemm ikun effiċjenti, inqas jaħli enerġija, u jiswiek inqas matul iż-żmien.
  4. Ħu ħsieb li tara kemm-il darba għandek tagħmel kontrolli tal-water heater tiegħek skond il-garanzija. Intant, ipprova ħalli l-kontrolli għax-xhur sħan tas-sena ħalli fix-xhur kesħin tara li jkollok aċċess għall-misħun mingħajr inkwiet.
  5. Ara li dejjem titkellem ma’ inġinier kwalifikat.

 

Lest biex tibda tiffranka fuq il-kont tad-dawl tiegħek? Investi f’water heater tal-gass ideali għad-dar tiegħek. Tgħallem aktar dwar Liquigas Malta u l-prodotti tagħha billi żżomm ruħek aġġornat mal-paġna tal-bloggs tagħna.

Share