Meta tkun se tixtri forn ġdid għad-dar tiegħek, l-ewwel dilemma li se taffaċċja hija l-għażla bejn forn tal-gass u forn tal-elettriku. Biex tkun tista’ ssolvi din id-dilemma, hemm bżonn tkun konsapevoli tad-differenzi bejn iż-żewġ varjazzjonijiet, ibda mill-aktar differenza bażika: il-forn tal-gass juża’ l-LPG jew il-propan bħalatip ta gass, filwaqt li forn tal-elettriku juża l-elettriku.
Qabel xejn, ejja nagħtu ħarsa lejn il-karatteristiċi tal-verżjonijiet differenti ta’ fran, billi nħarsu l-ewwel lejn il-forn tal-gass. Il-forn tal-gass juża l-propan jew l-LPG (liquefied petroleum gas) bħala sors ta’ karburant. Il-gass innifsu joħroġ minnu livell ta’ umdità li tiċċirkola fl-arja li jkun hemm fil-forn u tgħin sabiex l-ikel isir, xi ħaġa pożittiva għat-tisjir partikolarment meta wieħed ikun qedisajjar Mill-banda l-oħra, il-forn tal-elettriku jaħdem purament bl-elettriku u juża’ elementi interni li jsaħħnu u jsajjru l-ikel. Xi fran elettriċi jiġu b’burners tradizzjonali, filwaqt li oħrajn aktar moderni għandhom dak li jsejħulu smooth top jew glass top, jiġifieri għandhom burners ċatti li jkunu mgħottijin bi ħġieġa.
Huwa tajjeb ukoll li wieħed jinnota li hemm fran li jaħdmu kemm bl-elettriku, kif ukoll bil-gass. Dawn jissejħu duel fuel range, u jgħammru l-aqwa kwalitajiet taż-żewġ varjanti. Ġeneralment, dawn it-tip ta’ fran ikollhom burners tal-gass u forn elettriku.
X’inhuma d-differenzi prinċipali bejn forn tal-gass u forn tal-elettriku?
- Kwalnukwe dar tista’ takkomoda kemm forn tal-gass kif ukoll forn tal-elettriku. Filwaqt li forn tal-elettriku jrid jitpoġġa viċin ta’ provvista tal-elettriku, forn tal-gass għandu bżonn aċċess għal-linja tal-gass li tkun ġejja minn spazju fuq barra fejn jitpoġġa t-tank tal-gass. Jekk għandek spazju fuq barra fejn tista’ tpoġġi t-tank tal-gass, bħal bitħa interna jew gallarija, tista’ faċilment tgħażel li tixtri forn tal-gass.
- Forn tal-gass jagħtik l-opportunità li ssajjar l-ikel direttament fuq fjamma li tista’ tikkontrolla faċilment. Dak li jkun għandu jieħu ħsieb li jirregola l-fjamma u li jieħu ħsieb l-ikel waqt li qed jissajjar. Min-naħa l-oħra, il-forn elettriku jqassam is-sħana mingħajr il-bżonn li tirregolah kontinwament. Għalhekk, diversi persuni jiddeċiedu li jixtru fran li jaħdmu kemm bl-elettriku, kif ukoll bil-gass. Dan hekk kif ħafna jippreferu jikkontrollaw il-fjamma tal-burners, filwaqt li jibbenefikaw mill-vantaġġ tad-distribuzzjoni tas-sħana li joffri forn tal-elettriku.
- Fattur li wieħed għandu jikkunsidra meta jkun qed jixtri forn huwa kemm jiswa biex tużah. Forn tal-gass ġeneralment joffri soluzzjoni irħas u aktar effiċjenti. Min 2020 dan hekk kif 1khw ta’ gass tiswa €0.098, filwaqt li 1khw ta’ elettriċita tista’ tiswiek bejn €0.13 u €0.34, skont liema tariffa taqa’ taħta l-propjetà tiegħek.
- Xi ħaġa oħra li wieħed għandu jikkunsidra hija l-veloċità tat-tisjir taż-żewġ tipi ta’ fran. Ġeneralment, forn tal-gass isajjar l-ikel b’mod aktar rapidu minn forn tal-elettriku. Dan hekk kif tintuża fjamma diretta li tippermetti lis-sħana tal-forn biex tagħmel xogħolha qabel. Madanakollu, fran moderni elettriċi jirnexxielhom isaħħnu l-forn b’mod iktar veloċi qabel wieħed jibda jsajjar l-ikel.
Interessat li titgħallem aktar dwar id-differenzi bejn tagħmir tal-gass u tal-elettriku? Tixtieq issir taf aktar dwar kif għandek tieħu ħsieb tagħmir tal-gass? Kompli segwi l-blogg tagħna għal aktar informazzjoni.