Supplier of LPG Gas and Autogas in Malta
  • Customer Care
  • General Enquiries

Minbarra l-benefiċċji ambjentali li jiġu meta wieħed juża inqas konsum ta l-elettriku fid-dar tiegħu, hemm ukoll benefiċċji finanzjarji li jwasslu lil dak li jkun biex jiffranka l-flus fuq il-kont tad-dawl. Għal din ir-raġuni, l-eħfef u l-aktar mod komuni u finanzjarjament vijabbli biex wieħed jiffranka fuq il-kont tad-dawl huwa li jagħmel użu minn tagħmir tal-gass fejn hu possibbli.

X’tip ta’ tagħmir tal-gass tista’ tinstalla fid-dar tiegħek?

It-tagħmir tal-gass li tista’ tinstalla fid-dar tiegħek biex tiffranka fuq il-kont tad-dawl huma:

  1. Forn tal-gass
  2. BBQ tal-gass
  3. Heater jew fire place tal-gass
  4. Water Heater tal-gass

Jekk tassigura li dan it-tagħmir jaħdem permezz tal-gass, tista’ jagħtik serhan tal-mohh meta tiġi biex tibbenefika mill-iskema ta l-Eko-Riduzzjoni.

X’inhi l-iskema tal-Eko-Riduzzjoni?

L-iskema tal-Eko-Riduzzjoni hija skema li timmira lejn it-tnaqqas tat-tarriffi tal-kontijiet tal-elettriku għad-djar biex ikun evitat konsum eċċessiv tal-elettriku. Skond l-Enemalta, biex individwu jibbenefika mill-iskema ta’ ekoridjuzzjoni fuq ir-residenza primarja tagħhom, iridu jassiguraw li ma jaqbżux il-konsum stipulat għal sena sħiħa. L-Eko-Riduzzjoni fil-kont ma tapplikax għal:

  • Persuni li joqgħodu waħedhom u jaqbżu l-konsum ta’ 2,000 unit f’sena. Dawk li ma jaqbżux dan il-livell ta’ konsum jingħataw skont ta’ 25% fuq il-konsum totali.
  • Persuni li jgħixu ma persuna oħra jew aktar jekk jaqbżu l-konsum ta’ 1,750 unit għal kull persuna. Dawk li ma jaqbżux dan il-livell ta’ konsum jirċievu 25% skont fuq l-ewwel 1,000 unit u 15% fuq is-750 unit ta’ kull persuna.

Lest biex tibda tiffranka fuq il-kont tad-dawl tiegħek? 

Issa li ghandek aktar taghrif dwar l-iskema tal-Eko-Riduzzjoni, u x’tagħmir tista’ tibdel għall-gass fid-dar tiegħek, tista’ tibda tiffranka verament fuq il-kont tal-konsum ta l-elettriku. Ibda billi taqra ftit aktar dwar id-diversi tagħmir tal-gass għad-dar tiegħek u l-affarijiet li għandek toqgħod attent għalihom meta tiġi biex tixtri dan it-tagħmir, kif ukoll kif għandek tieħu ħsieb it-tank tal-gass kemm waqt, kif ukoll wara l-installazzjoni.

Interessat li titgħallem iktar dwar Liquigas u l-prodotti tagħha? Żomm ruħek aġġornat mal-bloggs tagħna għal aktar informazzjoni.

Share