Hekk kif ix-xhur tax-xitwa qed jaraw aktar kesħa, diversi persuni se jibdew ifittxu l-aktar mod effiċjenti biex isaħħnu d-djar tagħhom. L-aħħar ħaġa li wieħed ikun irid isib wara ġurnata xogħol hija dar kiesħa li ġġiegħlek tibqa’ liebes il-ġakketta tiegħek.
Filwaqt li s-sistemi tal-A/C jiġu wkoll bl-alternattiva li jsaħħanu wkoll, mhux dejjem huwa effiċjenti li tħalli l-A/C mixgħul għal perjodi twal għax dan ifisser li l-kont tad-dawl se jiġi iktar għoli. Tkellimna diġà fuq kif meta wieħed jiffranka fuq il-kont tad-dawl tiegħu, ikun jista’ jibbenefika mill-iskema tal-Eko-Reduzzjoni, jiġifieri jekk jirnexxielek iżżomm fil-parametri tal-konsum elettriku għal kull persuna li hemm tgħix fid-dar, tirċievi kontijiet tad-dawl bi prezz aktar baxx mhux għax taħli inqas elettriku iżda għax tingħata wkoll skont speċjali fuq il-kont tiegħek.
Tinkwieta xejn, hemm soluzzjoni faċli għal dan kollu meta inti taqleb it-tagħmir li jsaħħan id-dar tiegħek għal tagħmir li jaħdem bil-gass, partikolarment il-heaters u l-fireplaces tal-gass. It-tagħmir li jaħdem bil-gass iġib miegħu diversi vantaġġi u jipprovdi lil individwi b’soluzzjoni sikuri u li tifranka fuq it-tagħmir li jsaħħan fid-dar.
Qabel ma tixtri tagħmir ta dan it-tip, għandek tibda billi tassigura li l-heater jew il-fireplace li se tkun qed tixtri huma ideali għall-ispazju li se jitpoġġa fih. It-tagħmir jiġi f’forom differenti, partikolarment meta dan se jintuża fuq barra jew fuq ġewwa. Għalhekk wieħed għandu jassigura li t-tagħmir li se jixtri, jintuża fil-post fejn huwa destinat li jintuża.
Meta tixtri apparat tal-gass, għandek toqgħod attent ukoll għall-elementi tas-sigurtà li jiġu mal-heater jew il-fireplace bħal automatic safety shut-off, kif ukoll it-tip-over protection. Intant, apparat ieħor ta’ sigurtà jista’ jiġi installat fid-dar tiegħek huwa bħal leak detector tal-gass jew li jindikalek il-prezenza ta carbon monoxide li jservi bħala mezz ieħor ta’ protezzjoni. Intant, għal aktar elementi ta’ sigurtà tkellem ma’ professjonisti ġejjin minn installaturi awtorizzati tat-tagħmir tal-gass.
Heater tal-gass għal ġewwa
Filwaqt li ħafna drabi tiġi t-tentazzjoni li dak li jkun isaħħan id-dar tiegħu bl-A/C, dak li jkun mhux se jkun daqshekk kuntent meta jirċievi l-kont tad-dawl. Heater tal-gass għal ġewwa d-dar hija aktar effiċjenti anke fejn jidħlu spejjeż biex toperah sabiex fix-xitwa ssaħħan id-dar tiegħek.
Benefiċċji:
- Tifranka l-flus
- Favur l-ambjent
- Hija portable, jiġifieri tista’ tpoġġiha fejn trid fid-dar tiegħek
Heater tal-gass għal barra
M’hemm xejn li jgħidlek li matul ix-xhur kesħin tax-xitwa ma tistax tgawdi l-ispazji fuq barra tad-dar tiegħek. Kemm jekk tixtieq tqatta’ ftit ħin fil-gallarija, jew inkella tistieden lil sħabek għal tazza inbid fuq il-bejt, heater apposta għal barra jista’ joffrilek soluzzjoni li tifranka l-flus biex tuża l-ispazju fuq barra tiegħek anke fix-xitwa.
Benefiċċji:
- Tifranka l-flus
- Aċċess għal tagħmir li jista’ jsaħħan post fuq barra
- Ġeneralment, tista’ ċċaqalqu fejn hemm bżonn
- Jippermettilek li tuża spazji fuq barra matul ix-xhur tax-xitwa
- Prezzijiet affordabbli
Fireplace tal-gass
Mod ieħor li bih tista’ ssaħħan spazju fuq ġewwa, partikolarment is-salott tad-dar tiegħek, huwa billi tinstalla fireplace tal-gass. Filwaqt li djar f’Malta ġeneralment ma jkollhomx ċmieni, fireplace tal-gass huwa ġeneralment mod effiċjenti biex issaħħan is-salott tad-dar tiegħek.
Benefiċċji:
- Iffrankar tal-enerġija
- Tifranka l-flus
- M’hemmx bżonn jitnaddaf mill-irmied
- Favur l-ambjent
- Isebbaħ is-salott tad-dar tiegħek
- Huwa aktar sikur mill-alternattiva ta’ fireplace li jaħdem bin-nar u l-hatab


