Meta tħaddem il-karozza tiegħek bl-Autogas mhux talli tkun qed tuża karburant aktar nadif mid-Diesel u l-Petrol, iżda tifranka wkoll il-flus. X’inhu l-Autogas? Autogas huwa terminu li jintuża biex jiddeskrivi l-użu ta’ gass tal-petroleum likwifikat (LPG) bħala karburant għall-karozzi u vetturi oħrajn.
X’inhuma l-benefiċċji ewlenin ta’ vettura bl-Autogas?
Il-bidla għal Autogas iġġib magħha diversi benefiċċji. L-ewwel nett, huwa irħas hekk kif jiswa nofs il-prezz tal-petrol. Filwaqt li huwa verament faċli li taqleb il-karozza tiegħek għall-LPG, malli tagħmel dan, l-investiment li se tagħmel se tirċevih lura fi żmien sena. Ir-raġuni wara dan huwa li l-prezz ta’ litru ta’ Autogas huwa 57% irħas mill-petrol u 53% irħas mid-diesel bħala medja Ewropeja, skond Liquid Gas Europe.
Autogas jitqies ukoll bħala alternattiva aktar sikura ta’ karburant, filwaqt li jiggarantixxi inqas emmissjonijiet minn karburanti tradizzjonali. Infatti, nstab li vetturi bl-Autogas naqqsu sinjifikament l-NOx u l-emmissjonijiet tal-partiċelli meta kkumparati ma’ karozzi diesel u petrol skond il-European LPG Association. Intant il-linjigwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar il-kwalità tal-arja identifikaw l-NOx u l-emmissjonijiet tal-partiċelli bħala kawża negattiva għas-saħħa. Apparti minn hekk, il-European LPG Association qalet ukoll li l-karozzi Autogas iġibu magħhom tnaqqis fis-CO2 bejn 10 u 20% meta kkumparati ma’ karozzi petrol. Dan ifisser li qed jgħinu l-Ewropa tilħaq l-objettivi tagħha għat-tibdil fil-klima.
Madanakollu, il-benefiċċju prinċipali jekk tikkonverti l-karozza tiegħek għall-Autogas bħalissa huwa li l-gvern se jkun qed iqassam fondi sal-31 ta’ Diċembru 2022 biex jgħinek tkopri parti mill-ispejjeż tal-konverżjoni. Il-fondi jistgħu jiġu aċċessati minn kwalunkwe persuna li qed tgħix f’Malta jew li qed topera negozju f’Malta. Il-pubbliku jista’ jibbenefika minn għotjiet li jibdew minn €400 u jibqgħu tilgħin sa €1500 għal kull karozza.
Dak kollu li għandek tkun taf meta tiġi biex taqleb il-vettura għal Autogas
Meta tiġi biex taqleb vettura minn petrol jew diesel għal LPG, dan ifisser li l-karozza tkun tista’ taħdem kemm permezz tal-LPG kif ukoll permezz ta’ petrol/diesel. Filwaqt li wieħed irid iħallas ċifra għall-installazzjoni li tibda minn madwar €500, dan se jwassal biex wieħed jonfoq ħafna inqas flus fuq karburanti fuq medda itwal ta’ żmien.
Hemm diversi pajjiżi Ewropej li implementaw sistemi LPG għall-karozzi u li ilhom joperawhom b’suċċess għal diversi snin, inkluż l-Italja u l-Ġermanja. Infatti, l-Autogas sar l-aktar alternattiva popolari fl-Unjoni Ewropeja b’madwar 8 miljun vettura li qalbu joperaw bih. Madanakollu fadal ħafna xi jsir fl-Ewropa hekk kif bħalissa hawn mal-250 miljun vettura li qed tintuża. Sa mill-2013, Liquigas Malta qed taħdem biex tintroduċi dan il-kunċett bħala prattika normali lokali wkoll, dan kollu biex tkompli tnaqqas l-impatt tal-karbonju f’Malta.
Jekk inti interessat li taqleb għall-Autogas, ir-rakkomandazzjoni tagħna hija li tuża mekkanik awtorizzat biex tassigura li l-konverżjoni tkun waħda professjonali. Bħalissa hawn tliet mekkaniċi li huma rrakkomandati minn Liquigas Malta: Acheck Ltd, Micheal Debono Ltd u Muscats Motors Ltd.
Minkejja li hawn diversi produtturi tal-karozzi li ħarġu mudelli li jaħdmu kemm fuq l-LPG kif ukoll fuq petrol, il-maġġorparti tal-karozzi b’magna li taħdem bil-petrol u li m’għandhomx is-sistema tal-Autogas diġà installata mill-produtturi, jistgħu jaċċettaw sistemi terzi parti li jwassluhom biex jagħmlu użu kemm mill-petrol kif ukoll mill-LPG.
B’perjodu ta’ installazzjoni li ġeneralment jieħu biss ġurnata, il-mekkanik awtorizzat jinstalla l-kit fil-magna tal-karozza u jiżdied tank tal-karburant ieħor, normalment fil-bagoll. Malli tibda ssuq il-karozza wara l-konverżjoni, l-ewwel tibda tagħmel użu mill-Autogas bħala s-sors prinċipali tal-karburant. Meta jispiċċa l-gass, il-magna awtomatikament taqleb għall-użu tal-petrol.
Il-kit tal-LPG issa installat…x’fadal x’nagħmel?
Wara l-installazzjoni, se tara immedjatament li l-karozza se tkompli taħdem b’mod tajjeb fuq l-LPG, bl-istess mod li kienet taħdem bil-petrol.
Bħalissa, hawn 8 distributuri mxerrda madwar Malta u Għawdex li minn għandhom tista’ timla’ t-tank tal-gass