Supplier of LPG Gas and Autogas in Malta

Din is-sena, Liquigas Malta qed tfakkar l-10 anniversarju tagħha. Matul dawn is-snin, din l-impriża konġunta Italo-Maltija wettqet ħidma biex tħeġġeġ l-użu ta’ liquefied petroleum gas (LPG) f’Malta.

Il-ġrajjiet importanti fl-istorja tal-ewwel għaxar snin ta’ Liquigas f’Malta kienu elenkati miċ-Chairman tal- kumpanija s-sur Louis A. Farrugia u l-Kap Eżekuttiv Dr Roberto Capelluto waqt avveniment ippresedut mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma l-Onor Joe Mizzi. Preżenti ukoll kien hemm il-bord tad-diretturi tal-kumpanija, is-sur Paul Agius Delicata li hu l-Kap Eżekuttiv ta’ Gasco Energy Ltd li topera faċilità tal-ibbottiljar u ħażna tal-LPG kompletament awtomatizzata f’Bengħisa, il-maniġment, l-impjegati, u diversi awtoritajiet. Dr Capelluto laqa’ ukoll lill-Ambaxxatur tal-Italja l-E.T. Mario Sammartino, l- Ambaxxatur tal-Olanda l-E.T. Frank Keurhorst u s-sur Andrea Arzà, li hu d-Direttur Maniġerjali ta’ Liquigas Italia, membru tal-bord ta’ Liquigas Malta kif ukoll iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-LPG – Assogasliquidi.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-Gvern hu kburi li minkejja t-taqlib fix-xenarju internazzjonali tal-enerġija, il- prezz tal-LPG f’Malta baqa’ stabbli għall-aħħar sentejn. Hu qal li s-suq totali tal-LPG żamm kontinwament preżenza b’saħħitha u fil-fatt żdied minn 22,000 tunnellata fl-2013 għal aktar minn 25,000 tunnellata fl- 2018. "Bħala mexxej tas-suq f’Malta, ninsab fiduċjuż li l-impenn tagħkom biex iżżidu l-użu tal-LPG se jikkontribwixxi għal fjuwil li hu aktar favur l-ambjent u sistema aktar cost-efficient,” qal il-Ministru Mizzi.

Wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-proċess tal-privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-suq tal- LPG beda fl-2006. Fl-2008, l-offerta internazzjonali intrebħet mill-impriża konġunta bejn Liquigas SpA u Multigas Ltd, bit-trasferiment tal-kummerċ u attivitajiet operattivi mingħand l-Enemalta għal Liquigas Malta u Gasco Energy Ltd.

Dr Capelluto jindirizza l-udjenza flimkien mal-Ministru Joe Mizzi, is-sur Louis A. Farrugia u s-sur Andrea Arzà

Bl-esperjenza ta’ kemm Liquigas SpA, l-akbar operatur ta’ dan is-settur fl-Italja, kif ukoll ta’ SHV Energy – kumpanija Olandiża li hi waħda ewlenija fid-dinja tal-LPG – Liquigas Malta tat impetu ġdid u privat lis- settur billi qed toffri servizzi alternattivi u innovattivi b’opportunitajiet varji. għad-distribuzzjoni fid-djar, għall-provvista industrijali u fjuwil alternattiv għat-trasport aktar adattat għall-ħteġijiet ta’ suq li qed jevolvi.

Matul is-snin, il-kumpanija introduċiet servizzi ta’ distribuzzjoni diretta taċ-ċilindri permezz ta’ sistema ġdida b’ordnijiet onlajn u b’konsenji fid-djar, il-ftuħ ta’ fixed points of sales f’supermarkets u ħwienet, u anki permezz tal-autogas bħala alternattiva ambjentali u ekonomika għas-sewwieqa Maltin.

Is-sur Farrugia, bħala Chairman kemm ta’ Liquigas Malta kif ukoll ta’ Gasco Energy, qal: “Fl-ewwel 10 snin ta’ kummerċ mill-kumpanija bħala msieħba ta’ impriża konġunta ma’ Liquigas Italia, l-impriża tagħna rnexxielha tittrasforma n-negozju li tforni prodotti LPG għas-suq Malti minn wieħed ta’ monopolju tal-istat għal entità li hi tassew konxja li l-klijent għandu l-għażla u jistħoqqlu r-rispett totali tagħna. Dan għamilnieh billi bnejna rispett u fiduċja mal-partijiet interessati kollha, il-fornituri, l-imsieħba, il-ħaddiema, il-klijenti u l-awtoritajiet.”

Hu rrefera għal din l-impriża Italo-Maltija bħala eżempju tajjeb ta’ kif żewġ pajjiżi ġirien b’relazzjonijiet bilaterali daqshekk mill-qrib u storikament importanti kif ukoll, bħala membri tal-Unjoni Ewropea, ibbenefikaw permezz ta’ din il-kooperazzjoni.

Is-sur Farrugia enfasizza l-kooperazzjoni tajba li teżisti mal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal- Ilma dwar id-direzzjoni li l-industrija għandha tieħu, l-istandards regolatorji li hemm bżonn li jintlaħqu, u rringrazzja lill-Ministru Joe Mizzi għall-intervent tiegħu kull meta ntalab.

Filwaqt li semma’ li ż-żewġ imsieħba f’dan l-investiment, Liquigas u Multigas, jikkondividu valuri komuni fl-istandards operattivi tagħhom u b’hekk wasslu għal sinerġija totali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, hu kkonkluda billi rringrazzja lis-sur Andrea Arzà ta’ Liquigas SpA, għall-kontribut kbir tiegħu, iż-żewġ timijiet ta’ management u l-impjegati mmexxija minn Dr Roberto Capelluto u s-sur Paul Agius Delicata għall-impenn u d-determinazzjoni qawwija tagħhom biex jilħqu l-għanijiet tal-kumpaniji rispettivi.

Is-sur Paul Agius Delicata juri ċ-ċilindri ċċertifikati mit-TUV lill-Ministru Joe Mizzi

Dr Capelluto qal: “Liquigas Malta ġabet lil f’dan il-pajjiż mewġa ġdida ta’ innovazzjoni kummerċjali, distributiva u teknika” Hu enfasizza d-dinamiżmu, il-kreattività u l-esperjenza internazzjonali tal-kumpanija. "Il-kwistjonijiet ambjentali u s-sostenibbiltà huma ukoll punti ewlenin tal-filosofija korporattiva tagħna. Lil hinn mit-tnaqqis tat-tniġġis minħabba l-użu tal-LPG għall-użu industrijali, illum l-iffrankar tas-CO 2 b’riżultat tal-autogas hu stmat li jammonta għal madwar 500 tunnellata fis-sena flimkien mat-tnaqqis konsiderevoli fis-sustanzi tossiċi msejħa particulate matter u ossidju tan-nitroġenu li jirriżultaw f’benefiċċji għas-saħħa għal kull ċittadin.”

Konxja mill-possibbiltajiet tal-LPG favur l-ambjent, Liquigas Malta ilha tipproponi offerti speċifiċi għall- industriji, lukandi, u entitajiet oħra li jikkunsmaw il-fjuwil ħalli jikkonvertu s-sistemi tagħhom minn heavy fuels biex joperaw fuq LPG, filwaqt li nbnew netwerks żgħar b’metering system.

Is-sur Agius Delicata semma’ li t-tankijiet tal-ħażna ta’ Gasco Energy għandhom kapaċità ta’ 4,800 tunnellata li hi aktar mid-doppju ta’ dak li l-Enemalta kellha fil-Qajjenza. Dan joffri sigurtà tal-provvista lill- klijenti ta’ Liquigas anki fl-agħar xhur tax-xitwa. "Barra minn hekk," qal is-sur Agius Delicata,"iċ-ċilindri tal-Liquigas huma ttestjati regolarment fl-impjant tal-ittestjar. L-impjant jittestja u jiżboħ iċ-ċilindri tal- Liquigas bil-kulur aħdar distintiv tagħhom biex b’hekk ikun iffaċilitat ir-rikonoxximent mill-klijenti tagħna. Kull ċilindru ttestjat hu mbagħad iċċertifikat minn TUV billi kuljum ir-rappreżentanti tagħhom ikunu fuq il- post biex jixhdu għall-ittestjar u joħorġu ċ-ċertifikazzjoni.”

Fl-aħħarnett, Dr Capelluto rringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw u kkooperaw fit-tkabbir u s-suċċess tal- kumpanija mill-istakeholders tal-kumpanija għal-lealtà tagħhom, l-awtoritajiet għall-kollaborazzjoni tagħhom, lill-imsieħba esterni li assistew lil Liquigas Malta fit-triq tagħha ta’ integrazzjoni fis-soċjetà Maltija. Hu esprima ukoll ringrazzjament speċjali lis-sur Michael Mallia li pparteċipa u għen lill-kumpanija bl-esperjenza estensiva tiegħu fl-ewwel passi ta’ sfida tal-bidu tagħha.

Share