Fid-dawl ta’ rapporti lbieraħ dwar impatt potenzjali mill-invażjoni Russa fl-Ukraina fuq il-provvista ta’ Liquified Petroleum Gas (LPG), Liquigas Malta Ltd ikkonfermat mal-awtoritajiet relevanti li assigurat il-provvisti ta’ LPG sabiex tintlaqa’ d-domanda f’Malta għall-futur prevedibbli. Dan kien possibbli grazzi għas-sostenn ta’ SHV Energy, kumpanija Olandiża b’sehem f’Liquigas Malta, li hija kumpanija ewlenija fuq livell globali fid-distribuzzjoni tal-LPG f’izjed minn 25 pajjiz madwar id-dinja.
Il-Prim Ministru kkjarifika dwar il-provvista ta’ LPG f’Malta, aqra l-artiklu hawn.