Liquigas Malta tingħaqad mal-Malta Community Chest Fund Foundation biex tkompli tgħin lill-komunità f’Malta
Liquigas Malta tifhem l-importanza li tagħti lura lill-komunità u kien għalhekk li flimkien mal-Fondazzjoni Farsons, Farrugia Investments u Multigas Ltd, għamlet donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Din id-donazzjoni se tgħin lill-MCCFF biex tkompli bil-ħidma tagħha fl-appoġġ lil dawk fil-bżonn fil-komunità Maltija. Il-missjoni tal-MCCFF qed ittaffi t-tbatija ta’ individwi u familji li għaddejjin minn […]
Liquigas tikkonferma li għandha l-provvista neċessarja ta’ LPG għall-futur
Fid-dawl ta’ rapporti lbieraħ dwar impatt potenzjali mill-invażjoni Russa fl-Ukraina fuq il-provvista ta’ Liquified Petroleum Gas (LPG), Liquigas Malta Ltd ikkonfermat mal-awtoritajiet relevanti li assigurat il-provvisti ta’ LPG sabiex tintlaqa’ d-domanda f’Malta għall-futur prevedibbli. Dan kien possibbli grazzi għas-sostenn ta’ SHV Energy, kumpanija Olandiża b’sehem f’Liquigas Malta, li hija kumpanija ewlenija fuq livell globali fid-distribuzzjoni […]
Jintlaħaq ftehim: Il-prezz tal-gass ta’ Liquigas issa jiswa €15 għal ċilindru ta’ 12kg
Matul laqgħa kordjali llum imsejħa minn Liquigas Malta Ltd biex tiċċara s-sitwazzjoni fir-rigward tal-prezz tal-gass, il-Ministru għall-Enerġija u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), fehmu l-pożizzjoni ta’ Liquigas, li hi l-fornitur ewlieni tal-gass f’Malta. Liquigas irringrazzjat lill-Ministru u lir-REWS talli apprezzaw iċ-ċirkostanzi operattivi tagħha. Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru […]
Liquigas b’ħażna mimlija biex tissupplixxi l-gass skont il-ħtieġa
Bil-wasla tal-Covid-19, u l-miżuri ta’ prevenzjoni li qed jittieħdu f’Malta, Liquigas Malta qed tiggarantixxi provvista ta’ gass (LPG) li hi affidabbli, sigura u adegwata għall-konsumaturi, l-operaturi u d-distributuri, permezz tal-faċilità LPG mill-aktar avvanzata mmexxija minn Gasco Energy, li tinkludi terminal ta’ importazzjoni mill-baħar, kif ukoll impjant għall-ħażna u l-mili taċ-ċilindri f’Bengħisa. Minkejja dawn l-isfidi, Liquigas […]
Investigazzjoni interna minn Liquigas Malta
Liquigas Malta qed taġġorna lill-klijenti tagħha dwar l-inċident li seħħ f’Ħ’Attard fid-9 ta’ Jannar 2020. Filwaqt li qed tistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali li għadha għaddejja, Liquigas Malta wettqet investigazzjoni interna u sabet li ċ-ċilindru involut kien soġġett għal sħana eċċessiva li ġiet minn exhaust ta’ fireplace u li wasslet għal ħsara fiċċilindru. “Iċ-ċilindri huma ddisinjati […]
L-inċident relatat maċ-ċilindru tal-gass – stqarrija mingħand Liquigas Malta
“Wara inċident li jinvolvi ċilindru tal-gass LPG tal-Liquigas, li seħħ fil-għaxija tal-Ħamis 9 ta’ Jannar barra residenza f’Ħ’Attard, Liquigas Malta qed twettaq il-valutazzjoni teknika meħtieġa biex tinvestiga l-kawża u ċ-ċirkostanzi relatati. Dawn se jkunu mgħarrfa lill-pubbliku ladarba jiġu evalwati l-fatti rilevanti kollha. Il-Kumpanija qed tikkollabora bis-sħiħ mal-inkjesta maġisterjali kif ukoll mal-esperti maħtura mill- qorti, u […]
Liquigas Malta tfakkar l-ewwel 10 snin tagħha
Din is-sena, Liquigas Malta qed tfakkar l-10 anniversarju tagħha. Matul dawn is-snin, din l-impriża konġunta Italo-Maltija wettqet ħidma biex tħeġġeġ l-użu ta’ liquefied petroleum gas (LPG) f’Malta. Il-ġrajjiet importanti fl-istorja tal-ewwel għaxar snin ta’ Liquigas f’Malta kienu elenkati miċ-Chairman tal- kumpanija s-sur Louis A. Farrugia u l-Kap Eżekuttiv Dr Roberto Capelluto waqt avveniment ippresedut mill-Ministru […]